Ftit iktar minn sena ilu, għajnejn id-dinja kienu fuq l-Ingilterra fejn Kate Middleton, id-Dukessa ta’ Cambridge u l-mara tal-Princep William tat it-twelid lill-Prinċep George. Ħafna kienu qabblu l-iżviluppi fil-familja irjali Ingilża ma’ xi episodju ħiereġ dritt minn xi storja mid-dinja tal-immaginazzjoni.
U issa, ftit aktar minn sena wara, l-istorja qed terġa’ tirrepeti ruħa – għax id-Dukessa ta’ Cambridge ħarġet tqila għat-tieni darba.
L-aħbar giet ikkonfermata minn Clarence House permezz ta’ post fuq twitter u mill-ewwel l-aħbar ġriet fuq il-midja internazzjonali, li rrappurtaw din l-aħbar bi prominenza. Uħud minnhom semmew ukoll li aktar tard dan ix-xahar id-Dukessa kellha tivjaġġa lejn Malta fuq l-ewwel impenn irjali tagħha mingħajr il-Prinċep William.
Fil-fatt, din l-aħbar qed titfa’ dubju dwar jekk id-Dukessa hux se tkun tista’ tivvjaġġa lejn pajjiżna biex tirrappreżenta lir-Reġina fl-okkażjoni tal-ħamsin sena anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza.
//= $special ?>