Hekk kif ħarġet l-aħbar li d-Dukessa ta’ Cambridge qed tistenna t-tieni tarbija tagħha, qamet inċertezza dwar kemm fix-xhur li ġejjin id-Dukessa Kate Middleton se tkun tista’ taqda d-dmirijiet irjali tagħha.
L-istampa Brittanika qed tgħid li l-Uffiċjali tal-Palazz iridu jirrevedu l-programm tal-impenji tad-Dukessa, fosthom iż-żjara ta’ Kate Middleton f’Malta fi żmien ġimgħatejn.
MalaRightNow tkellem ma’ Marianne Theuma, edukatur dwar it-tqala u l-ħarsien tal-ommijiet u staqsejna jekk din it-tqala hux se taffettwa l-impenji tad-Dukessa. Marianne Theuma fissret li jekk id-Dukessa tiġix Malta jew le jiddependi fuq l-istorja partikolari ta’ din it-tieni tqala. Isma’ l-kummenti sħaħ ta’ Marianne Theuma fil-filmat ta’ fuq.
Marianne Theuma tmexxi wkoll skola għall-ġenituri f’Marsaskala ‘In the Family Way’.
//= $special ?>