Il-Ministri tal-Agrikoltura tal-Unjoni Ewropeja (UE), f’laqgħa li ġiet organizzata nhar il-Ġimgħa, 5 Settembru 2014, irrakkomandaw l-adozzjoni ta’ miżuri ġodda. Dan għamluh biex ittaffu l-effetti tal-embargo Russu fuq l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli tal-UE. L-UE se tikkunsidra kumpens għall-bdiewa u s-setturi l-aktar milquta.
Il-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura Dacian Ciolos stqarr li l-Kummissjoni se tkompli ssegwi s-suq, biex tevalwa l-impatt tal-miżuri meħuda. Huwa nnota wkoll it-talba mill-Istati Membri li mhux jirrestrinġu ruħhom għal miżuri tas-suq.
Il-Ministru Taljan, Maurizio Martina argumenta bil-qawwa li l-irkupru ta’ fondi mhux użati fl-2014 kellhom jiġu investigati u li l-flus kellhom jitfasslu minn fondi oħra minn dawk tal-politika agrikola komuni (CAP). Il-pajjiżi li taw l-appoġġ tagħhom għall-idea tal-użu ta’ fondi oħra b’mod partikolari, kienu: il-Polonja, xi Stati Baltiċi, il-Belġju u Spanja. Franza kienet tal-fehma li jista’ jkun possibbli li jmorru lil hinn mill-baġit agrikolu, jekk dan ikun meħtieġ.
Xi pajjiżi (Franza, l-Istati Baltiċi u l-Finlandja) favur rifużjonijiet tal-esportazzjoni. Oħrajn, inklużi Danimarka u l-Olanda, huma kontra din il-mossa. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawn mhumiex l-aktar strumenti xierqa f’din is-sitwazzjoni.
Il-Presidenza Taljana tkellmet ukoll dwar il-ħtieġa għal rispons ikkoordinat dwar l-għajnuna statali.
Il-Ministri se jerġgħu jiddiskutu l-embargo Russu fil-laqgħa informali tagħhom f’Milan bejn 28-30 ta’ Settembru.
//= $special ?>