Ma weġġa’ ħadd meta meteorita żgħira niżlet qrib l-ajruport internazzjonali fil-belt kapitali ta’ Managua u fejn l-isplużjoni sussegwenti ħalliet ħofra fonda ta’ xi tnax-il metru fl-art.
L-Uffiċjali tal-Gvern ikkonfermaw dan l-inċident li seħħ matul il-lejl tas-Sibt, bil-kelliema jgħidu li l-meteorita x’aktarx li nqalgħet minn asterojdu li kien għaddej viċin id-dinja. Intant, ir-residenti qrib l-ajruport ta’ Managua qalu li huma kienu semgħu l-isplużjoni tal-meteorita minbarra li ħassew l-impatt qawwi tagħha. Kien ukoll b’xorti tajba li din il-meteorita niżlet f’inħawi qalb foresta u mhux ġo zona residenzjali.
//= $special ?>