Internazzjonali

Niġerja: Javvanzaw il-militanti

Il-grupp Boko Haram tal-militanti Iżlami/i ħatfu l-belt ta’ Michika, lejn il-Grigal tal-pajjiż u meta l-artijiet inkwistjoni qed jinkwadraw fl-isforzi tal-grupp biex iwaqqaf Stat Iżlamiku fin-Niġerja.

 
Ir-residenti ta’ Michika kellhom jaħarbu lejn il-foresta tal-madwar waqt li l-militanti kienu qed jippersistu bl-attakki fuq il-belt. Intant, il-Gvern tan-Niġerja, ilbieraħ, ħareġ messaġġ lill-poplu fejn qallu biex ‘ma jaqtax qalbu’ minkejja t-theddida konsistenti mill-ġellieda ta’ Boko Haram. Il-Gvern qal ukoll li l-militar tiegħu hu impenjat biex jiddefendi l-integrita territorjali tan-Niġerja.