Il-Partit Nazzjonalista (PN) fi stqarrija qal li l-Lifecycle Challenge taqbel perfettament mal-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista ta’ soċjetà ta’ solidarjetà – mhux il-Gvern waħdu, imma soċjetà sħiħa, speċjalment bis-sehem tal-volontarjat li jagħmel il-ġid bil-qalb, kif turi l-Lifecycle Challenge.
Il-Lifecycle ilha 15-il sena ssir – mill-1999 – u din tagħmel donazzjonijiet importanti għal dawk li jkollhom nuqqas ta’ saħħa f’qasam partikolari, il-kliewi.
F’kummenti qabel il-bidu ta’ din l-isfida, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li hu konxju ħafna tal-isfidi li jiffaċċjaw in-nies fil-qasam tas-saħħa għax il-problemi tas-saħħa huma fl-aħħar mill-aħħar sfidi għalina lkoll. “Jiena ħdimt biex titqanqal kuxjenza akbar anke fil-Parlament Ewropew dwar id-dijabete’ – li f’Malta taffettwana aktar minn pajjiżi oħrajn – u li wieħed mill-effetti tagħha hu wkoll in-nuqqas ta’ saħħa tal-kliewi,” qal Dr. Simon Busuttil.
Huwa ħeġġeġ lil kulħadd biex jappoġġja l-Lifecycle Challenge fejn din is-sena li se tieħu lill-parteċipanti fil-Ġappun. Dr. Simon Busuttil irringrazzja ħafna lill-parteċipanti ta’ kull Lifecycle Challenge mill-1999 u lill-isponsors kollha li juru kemm il-qasam kummerċjali Malti wkoll jagħmel ħafna biex jgħin organizzazzjonijiet volontarji.
//= $special ?>
