Lokali

Simon Busuttil u deputati oħra tal-PN jieħdu sehem fis-Swieqi Sports Festival

Illum għall-ħabta tat-8 ta’ filgħodu ġie organizzat Swieqi Sports Festival mill-Kunsil Lokali tas-Swieqi bi sħab mas-Swieqi Sports & Social Association. Din l-attivita’ kienet parti mis-Swieqi Feast li  ttella’ fi tmien il-ġimgħa li għaddiet u li kompla llum b’din il-ġirja li hija t-8 edizzjoni tagħha u li daħlet ukoll fil-kalendarju ta’ din il-lokalita’.

Il-Kap tal-opozizzjoni u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista (PN) Simon Busuttil, flimkien ma’ deputati oħra tal-PN ħadu sehem f’din il-Fun-Run.

L-messaġġ ewlieni ta’ din l-attivita’ kien li jħeġġeġ aktar lin-nies biex jagħmlu aktar l-isport u biex jiftakru li l-isport jgħin kemm fis-saħħa kif ukoll fil-fiżika tagħhom.

Fuq Facebook il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil faħħar lill-Kunsill Lokali tas-Swieqi għall-organizazzjoni ta’ dan l-iSports Fest u ħeġġeġ biex aktar kunsilli lokali jorganizzaw attivitajiet li jippromwovu s-saħħa fiżika.