Il-Pulizija arrestaw żewġ suspettati b’konnessjoni mal-qtil ta’ tliet sorijiet Taljani li l-katavri tagħhom instabu ġo parroċċa, lejn it-Tramuntana tal-kapitali Bujumbura.
Qassis li hu responsabbli mill-parroċċa identifika lill-vittmi bħala Suor Lucia Pulici, li kellha 75 sena u Olga Raschietti ta’ 82 sena. Huma nstabu mejta fid-dormitorju tagħhom nhar il-Ħadd li għadda. Intant, it-tielet soru, Bernadetta Boggian ta’ 79 sena, instabet mejta ilbieraħ u jidher li l-każ tagħha kien wieħed separat.
Id-djoċesi Kattolika f’Parma (fl-Italja) qalet li l-imwiet ta’ Pulici u Raschietti jidhru li kienu r-riżultat traġiku ta’ serqa bl-armi li wettaq persuna bi problemi mentali.