Sport Sport Ieħor

Sparar: Ritorn pożittiv għal Joe Attard u rebħa għal Vella

Ritorn pożittiv għal Joe Attard
Joe Attard kellu ritorn pożittiv fl-isport tal-isparar fuq il-plattini meta apparti li issa qed jiddedika ħafna ħin għall-kowċing, iddeċieda li jieħu sehem u eventwalment rebaħ il-kompetizzjoni Trap tas-Southern Shooting Club.

 
L-avveniment sar mill-klabb fir-range ta’ Ħal-Far fuq 50 plattina Trap bl-ewwel sitta jgħaddu għas-semifinali u mbagħad għall-midalji fuq żewġ rounds ta’ 15-il plattina l-wieħed.

 
Joe Attard temm l-ewwel meta laqat 47 minn 50 u mbagħad kellu rounds ta’ 13 u 12 minn 15. Paul Gatt spiċċa t-tieni bi 43, 12 u 8 wara shoot-off ma’ Alvin Vella li temm it-tielet b’46, 12 u 11.
Mir-raba’ sas-sitt post spiċċaw George Mifsud 42, 12 u 9, Charles Grech 44 u 9 u Maurice Cutajar b’42 u 9.

Rebħa għal Vella

 
Intant Darren Vella kien ir-rebbieħ overall ta’ kompetizzjoni Skeet fir-ranges tal-Bidnija. Din ukoll kienet fuq round ta’ 50 plattina u semifinali u round tal-midalji fuq 16-il plattina l-wieħed.
Il-kompetizzjoni ntrebħet minn Darren Vella li laqat 43, 12 u 14 quddiem Clive Farrugia b’45, 14 u 11 u Ian Grima b’41 11 u 15.

 
Mir-raba’ sas-sitt post spiċċaw Noel Scicluna li laqat 44 12 u 10 u kellu shoot-off ma’ Darren Vella fis-semifinali, Jason Sciberras b’42 u 10 u Jason Agius b’43 u 9.
Intant it-tiraturi  Trap tal-Federazzjoni Maltija Frans Pace, Brian Galea, Jeffrey Pisani u James Galea Jr jinsabu fi Spanja għall-Kampjonati tad-Dinja tal-ISSF fi Granada fejn qed jieħdu sehem 2000 tiraturi minn 94 pajjiż.

 
Fit-Trap Brian kellu kellu bidu nkoraġġanti meta falla biss plattina waħda fl-ewwel round u laqat 24 minn 25 waqt lig ħamel straight fit-tieni round għal 49 minn 50 plattina. Frans Pace laqat 22 u straight u Jeffrey Pisani kellu 22 u 24. Il-kompetizzjoni tkompli lum.

 

James Galea Jr se jieħu sehem fit-Trap tal-Juniors. It-tiraturi tad-Double Trap William Chetcuti, Nathan Lee Xuereb u Gianluca Chetcuti se jkunu qed jieħdu sehem fid-Doule Trap fi Spanja wkoll fi tmiem il-ġimgħa waqt li Eleonor Bezzina se tieħu sehem fil-kompetizzjoni tal-pistola minn 25m u l-Air pistol minn 10 m.