Lokali

Studenta tal-Kors tal-Liġi tgħid li wieħed mil-Lecturers tagħha allegatament abbużaha

Università ta' Malta

Studenta tal-Kors tal-Liġi fl-Universita` ta’ Malta f’dawn l-aħħar jiem kitbet ittra lil Bord tal-Fakulta tal-Liġi stess li fiha qed tgħid li wieħed mil-Lecturers tagħha allegatament abbużaha sesswalment.

Storja esklussiva fil-ħarga tat-Tnejn tal-ġurnal In-Nazzjon tgħid li f’din l-ittra, l-istudenta, li għadha kif spiċċat il-kors tal-liġi, qalet li l-lecturer abbuzaha sesswalment u li qed tikteb l-ittra issa biex żgur dan il-kaz ma’ jaffetwax ir-riżultati tagħha.

Li jindika li l-allegat abbuż jista’ jkun li ilu li seħħ, sahansitra xhur.

Is-sorsi qalulna li t-tfajla saħansitra preżentat ċertifikati li juru li dan l-abbuż affetwaha psikoloġikament.

Għalkemm ma kien hemm ebda ċaħda jew konferma ta’ dan il-każ, dan l-istazzjon jinsab infurmat li l-Bord tal-Fakulta tal-Liġi rrefera l-każ lil Pro-rettur tal-Universita` ta’ Malta, il-Professur Mary Anne Lauri li hi responsabbli ghall-Affarijiet Istituzzjonali u kwistjoni relatati mal-Istudenti

Dan l-istazzjon kiteb lil Professur Lauri u staqsejniha dwar jekk tikkonfermax dan ir-rapport, u dwar jekk l-Universita` għaddietx il-kaz f’idejn il-Pulizija.

Madanakollu, il-Professur Lauri tinsab imsiefra u ma setgħetx twieġeb il-mistoqsijiet tagħna sakemm il-ġurnal mar għall-istampa.