Inqalgħu mumenti ta’ tensjoni f’Beijing meta l-pulizija ippruvat tmexxi ‘l hinn il-qraba tal-passiġġieri li kienu qed ifakkru is-sitt xahar mill-għajbien tal-għeżież tagħhom li kienu qed jivvjaġġaw fuq Titjira MH370 tal-Malaysia Airlines.
Il-qraba, li kienu għaddejjin bir-riflessjoni filwaqt li jisimgħu il-qari tal-poeżiji fit-Tempju ta’ Yonghegong Lama, ma żammewx lura milli juri d-diżapprovazzjoni tagħhom għall-aġir tal-pulizija li stunat mal-okkażjoni ta’ luttu.
L-ajruplan tal-Malaysia Airlines kien sparixxa fit-8 ta’ Marzu waqt titjira minn Kuala Lumpur ( fil-Malasja) lejn Beijing u meta kellu 239 persuna abbord.
Sallum baqgħu ma dehru l-ebda traċċi tal-ajruplan u meta analiżi tad-data tindika li Titjira MH370 x’aktarx li ġġarrfet fl-ibħra lejn il-Punent ta’ Perth, fl-Awstralja.
L-investigaturi ma jafux x’seħħ mi