Lokali

Tfajla tinqaleb b’vettura fl-inħawi ta’ Selmun

Il-jum tal-Festa tal-Vittorja xejn ma beda tajjeb għat tfajla ta’ 21 sena mill-Mosta li kmieni dalgħodu nqalbet bil-karozza tagħha fi Triq Selmun, il-Mellieħa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.20 ta’ dalgħodu, meta t-tfajla tilfet il-kontroll tal-vettura – tat-tip Rav4 – bir-riżultat li din ħabtet ma’ ċint u nqalbet.

Il-vettura kienet fid-direzzjoni lejn il-Mistra .

It-tfajla ttieħdet l-isptar għall-kura. Għalkemm ġarrbet xi ġrieħi, hija mhix fil-periklu tal-mewt.