Qorti

Tnejn mill-Kamerun mixlijin bi frodi ta’ flus foloz li kienu qed isiru f’lukanda

Żewġ turisti irġel mill-Kamerun li kienu residenti f’lukanda ġewwa Tas-Sliema spiċċaw fil-Faċililita’ Korrettiva ta’ Kordin. Dan wara li kienu mixlijin quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras bi frodi ta’ flus foloz. Minn dak li ħareġ fil-Qorti jirriżulta li dawn il-flus kienu qegħdin isiru fil-kamra tal-lukanda stess.

 
Marcelin Kamwa ta’ 37 sena u Jean Jacques Tientche ta’ 40 sena, wieġbu mhux ħatja li kkommettew ir-reat.  L-irġiel kienu mixlijin li assoċċjaw ruħhom biex jiffrodaw persuna permezz tal-metodu magħruf bħala “black-money scam”. Dan huwa metodu fejn permezz ta’ kimika wieħed jagħmel flus foloz u li huma diffiċċli biex jiġu ntraċċati.

 
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jonathan Ferris, qalet li nhar il-li Ġimgħa filgħaxija kien infurmat minn raġel li qallu li ż-żewġ akkużati marru jkellmiuh biex jixtru karozza tal-marka Hummer 4×4 għas-somma ta’ €50,000.

 
Huwa qal li l-flus kienu foloz u li kellhom kimika sewda li meta tinxef tagħmel il-flus jidhru qieshom oriġinali.  L-Ispettur Ferris kompla jgħid li l-għada hu l-kollego tiegħu segwew lill-irġiel mill-Kamerun u li dawn saqu lejn Qui Si Sana f’Tas-Sliema fejn qalu lill-vittma kif kellu “jaħsel” dawn il-flus permezz ta’ kimika sewda u jużaw il-vitamina CF. Huwa wettqu din l-operazzjoni fuq karta ġenwina ta’ €50.

 
Il-Ħadd filgħodu b’dak li kien se jkun il-vittma jgħin lill-Pulizija fil-każ qalilhim li din il-biċċa negozju kellha tiġi finaliżżata fid- 9.30a. Kien hawn li l-Pulizija marru fil-lukanda Astra Hotel fejn kienu residenti l-akkużati. Hemm il-Pulizija qabdu fil-fatt lill-irġiel jippreparaw il-flus foloz. Huma kienu arrestati u tressqu t-Tnejn b’urġenza. Għalihom deher l-Avukat Anthony Stellini.