Ir-Regatta huwa l-avveniment sinonimu ma’ Jum il-Vitorja, fejn numru ta’ distretti jħabbtuha għat-titlu f’din il-kompetizzjoni permezz ta’ dgħajjes f’kategoriji differenti.
Ilha ssir ghal snin twal f’pajjiżna, preċiżament fil-port il-kbir. Tradizzjonalment, xi ftit jew wisq b’element impikuż.
MaltaRightNow.com mar sax-Xatt tal-Belt fejn minn hemm segwa uħud mit-tlielaq tar-Regatta. Staqsejna wkoll lin-nies x’jaħsbu dwar ir-Regatta, u jekk illum għadiex teżisti l-pika li xi darba żgur kienet fattur qawwi f’din il-kompetizzjoni annwali, filwaqt li oħrajn ikkummentaw dwar il-popolarita’ ta’ dan l-avveniment b’għeruq li jmorru lura snin twal.
Staqsejna wkoll x’avvenimenti jiġu mfakkra f’Jum il-Vitorja.
//= $special ?>