Il-Migrant Offshore Aid Station (MOAS) ipprovda servizzi liċ-Ċentru Marittimu Taljan biex kienu salvati madwar 700 immigrant li kienu f’diffikultajiet fuq il-baħar. Dan hekk kif għall-ħabta tas-6.40am kienet innotata dgħajsa f’diffikultà b’mdwar 300 immigrant. Immedjatment sar kuntatt ma’ Ruma, fejn ingħatat direttiva biex tingħata assistenza lid-dgħajsa, bl-immigranti jittellgħu abbord il-Phoenix.
It-83 mara u t-tfal li kienu abbord ingħataw l-ewwel għajnuna sakemm il-bastiment Taljan Borsini wasal fil-post biex jagħti aktar assistenza meħtieġa.
Għall-ħabta tal-11.30am, l-MOAS kien involut f’operazzjoni oħra ta’ salvataġġ meta tat assistenza lil 400 immigrant ieħor li kienu fuq dgħajsa oħra fuq il-baħar. L-immigranti kienu Sirjani, Palestinjani u Eritreani, u fosthom kien hemm tifel ta’ sentejn.
Fiż-żewġ operazzjonijiet, l-immigranti kollha kienu salvati. Huma nkludew numru ta’ ċittadini minn Damasku, b’wieħed minnhom isostni li kien biegħ kollox f’pajjiżu għal $15,000 biex jaħrab mill-kunflitt fis-Sirja.
//= $special ?>
