Il-Kunsill taż-Żgħażagħ f’Għawdex, magħruf ukoll bħala GYC, huwa mħasseb ferm dwar il-problema li qed jaffaċjaw iż-żagħżagħ impjegati fis-settur tal-edukazzjoni fil-gżira Għawdxija, b’mod partikolari bis-sitwazzjoni li se jsibu ruħhom fiha fis-sena skolastika li jmiss bis-sistema ġdida tal-koedukazzjoni.
Fl-aħħar ġimgħat, din il-problema tqajjmet diversi drabi għad-diskussjoni iżda s’issa għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni biex din tkun indirizzata, tenna l-Kunsill. Il-GYC għalhekk qed issejjaħ biex tittieħed azzjoni immedjata biex l-għalliema Għawdxin jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex jirrispondu għat-tibdiliet li se jsiru fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kunsill se jkun qed jiltaqa’ mal-awtoritajiet konċernati biex ikompli jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-għalliema f’Għawdex. Il-Kunsill qed isejjaħ ukoll lil Gvern biex iniedi s-servizz tal-‘fast boat’, bl-għan li dan itejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tal-Għawdxin li jkollhom jivvjaġġaw minn Malta għal Għawdex b’mod regolari.
//= $special ?>