Lokali

MOVE Week biex il-pubbliku jkun imħeġġeġ jipparteċipa f’aktar attivitajiet fiżiċi

Bejn id-29 ta’ Settembru u l-5 ta’ Ottubru, se tiġi organizzata f’pajjizna l-MOVE Week. Matul din il-ġimgħa, il-pubbliku se jkun imħeġġeġ jipparteċipa f’attivitajiet fiżiċi, b’uħud minnhom li forsi huma totalment ġodda, u fl-aħħar mill-aħħar jagħmilhom parti mill-ħajja ta’ kuljum.

MOVE Week se ssir fil-Belt u matulha wieħed se jsib attivitajiet ta’ eżerċizzju fiżiku, żfin u logħob kompetittiv f’żoni u toroq differenti madwar il-Belt kapitali. Attivitajiet oħrajn se jsiru wkoll fi bliet u rħula madwar Malta.

Waħda mill-attivitajiet ewlenin se tkun mixja bi sfond kulturali u storiku madwar it-torrijiet li jinsabu mal-kosta.