Anzjan ta’ nazzjonalità Franċiża u li għandu 72 sena ttella’ bla ħajja mill-bajja tar-Ramla l-Ħamra fin-Nadur. Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-8.45am meta l-anzjan intlemaħ wiċċu ‘l isfel ftit metri bogħod mill-kosta.
Il-katavru ttella’ mill-baħar mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tfittxijiet li saru fil-vettura tiegħu wasslu biex instabu affarijiet relatati mal-għawm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-kawża tal-mewt għadha mhux magħrufa.
Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>

