Il-Prim Ministru Britanniku, David Cameron, għamel appell imqanqal lill-Iskoċċiżi biex jibqgħu jiffurmaw parti mir-Renju Unit u fejn qal li hu ‘iħobb lil pajjiżu aktar milli jħobb il-partit (Konservattiv) li jmexxi’. Dan bil-ħsieb li huma jippromwovu appoġġ għall-istatus quo u meta qed intensifikaw l-isforzi tal-kampijiet favur u kontra l-indipendenza għall-Iskozja qabel ir-referendum storiku tat-18 ta’ Settembru.
Cameron sostna li l-kwistjoni quddiem il-votanti ma tinvolvix biss ‘messaġġ ta’ protesta’ kontra l-Gvern tiegħu u waqt diskors li hu għamel f’Edinburgh qal li hu jimpurtah mill-ġid ta’ pajjiżu u mhux fis-sitwazzjonijiet li jixprunaw l-interessi politiċi.
//= $special ?>