Qed ikun meqjus bħala rivoluzzjoni fid-dinja teknoloġika l-arloġġ li bih “tista’ kważi tagħmel kollox” għax minnu tista’ tibgħat SMSs, tuża’ applications varji u anke tużah għall-eżerċizzju fiżiku. Dan hu l-arloġġ żviluppat mill-kumpanija Apple, li qed jissejjaħ Apple Watch u li ġie mniedi fl-Istati Uniti lbieraħ filgħaxija flimkien mal-ismartphones il-ġodda tal-istess kumpanija.
L-iPhone 6 u l-iPhone 6+ ġew iddisinjati biex ikissru l-kompetizzjoni ta’ smartphones oħrajn li għandhom screens kbar. Filwaqt li l-Apple Watch mistenni jkun fis-suq is-sena d-dieħla, l-iPhone il-ġdid mistenni jkun fil-maġġoranza tal-pajjiżi madwar id-dinja sax-xahar id-dieħel.
Kif ħarġu dawn il-mudelli ġodda ta’ mobiles u anke l-arloġġ il-ġdid il-Maltin ukoll, appassjonati tal-Apple, kienu fost l-ewwel li kkummentaw dwar dawn l-innovazzjonijiet. Ħafna f’pajjiżna kellhom kummenti pożittivi wara t-tnedija uffiċjali u wara ġimgħat sħaħ ta’ stennija.
//= $special ?>