Internazzjonali

Attakk fatali minn kelb il-baħar fl-Awstralja

L-Uffiċjali fi New South Wales ikkonfermaw li raġel ta’ ħamsin sena spiċċa attakkat u maqtul minn kelb il-baħar waqt li hu kien qed jgħum fil-Bajja ta’ Byron, li hi popolari ħafna mat-turisti.

Mifhum li r-raġel sofra feriti terribbli f’saqajh f’dan l-attakk u spiċċa jmut minuti biss wara li għawwiem li kien fiz-zona irnexxielu jwasslu sax-xatt. Il-Pulizija li ħejjew ir-rapport qalu li l-mara tal-vittma, li ma kenitx identifikata, rat lil żewġha qed ikun attakkat mill-kelb il-baħar waqt li hi kienet fuq il-bajja.