Internazzjonali

Intuża’ l-gass tal-Klorin waqt attakki fis-Sirja

Entita internazzjonali li qed tipprova timplimenta r-regoli globali kontra l-armi kimiċi qalet li intuża l-gass tal-Klorin waqt l-attakki tas-sena l-oħra fit-Tramuntana tas-Sirja.

L-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni tal-Armi Kimiċi (OPCW) qalet li sabet ‘il-provi qawwija’ rigward l-użu ta’ dan il-gass velenuż. L-attakki kienu seħħew fil-villaġġi fejn ir-ribelli ilhom l-aħħar snin jiġġieldu kontra l-qawwiet tal-Gvern tal-President Sirjan, Bashar al-Assad.

L-OPCW qed tissorvelja l-isforzi lejn il-qerda tal-armi kimiċi tas-Sirja. Dan meta fl-aħħar sena, il-ħażna tal-armi illegali tas-Sirja kienet ittrasportata ‘il barra mill-pajjiż u meqruda, taħt it-termini ta’ ftehim internazzjonali.