Ir-Russja ppruvat b’suċċess test b’missila nukleari, filwaqt li qalet li se tkun qed tagħmel testijiet oħrajn fix-xahrejn li ġejjin. L-aħbar ħarġet mill-Kap tal-Forzi Navali Russi Viktor Chirkov, li qal li l-missila nukleari Bulava tista’ tħalli impatt daqs 100 darba dak tal-bomba atomika li qerdet Hiroshima fl-1945.
Chirkov qal li saru diversi testijiet fuq il-missila, twila 12-il metru, sakemm waslu għar-riżultat finali. Dawn it-testijiet waslu hekk kif il-Forzi Armati Russi saħħew sew it-taħriġ tagħhom sa mill-bidu tal-kunflitt mal-Ukrajna. Chirkov spjega li l-missila kienet sparata mill-White Sea u waslet sal-mira ppjanata fil-lvant imbiegħed tar-Russja.
Missila bħal din, tat-tip Bulava, tiżen madwar 36.8 tunnellati u tista’ ttir sa 8,000km.
//= $special ?>