L-esperti Olandiżi li qed jinvestigaw it-tiġrif tal-ajruplan Boeing tal-Malaysia Airlines li kien seħħ f’Lulju, fl-artijiet tal-Ukrajna tal-Lvant, ikkonkludew li ‘ma jeżistux provi ta’ żbalji umani jew tekniċi’.
Filwaqt li komplew l-investigazzjonijiet dwar Titjira MH17, l-esperti qalu li l-ajruplan spiċċa jiddisintegra fl-ajru wara li ntlaqat minn numru kbir ta’ oġġetti ta’ veloċita qawwija. Dan meta li l-Boeing kien qed jivvjaġġa fuq l-Ukrajna tal-Lvant waqt titjira minn Amsterdam, fl-Olanda lejn Kuala Lumpur, fil-Malasja.
Ir-rapport tas-Safety Board Olandiż qal li m’hemm xejn x’juri li l-qerda tal-ajruplan seta kien dovut għal żball tekniku jew uman< bil-korrispondenti jsostnu li l-provi huma konsistenti mat-teorija li l-ajruplan kien intlaqat mix-xrapnel ta' missila.
L-investigaturi tal-avjazzjoni Olandiżi ibbażaw ir-rapport preliminarju fuq id-data mill-flight recorders tal-ajruplan u mill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru. Ir-ritratti mis-satellita, ukoll, kienu kkunsidrati f'din l-analiżi.
//= $special ?>