Hekk kif ilbieraħ, il-Ministru għall-Familja u s-Sigurtà Soċjali Michael Farrugia ħabbar li mis-sena skolastika li ġejja l-ġenituri jridu jippreżentaw ċertifikat mediku għal kull jum li t-tfal ifallu l-iskola, illum il-Union tal-Għalliema (MUT) ħarġet stqarrija bħala reazzjoni għal dak li tħabbar ilbieraħ.
L-MUT qalet li għalkemm taqbel fil-prinċipju li jonqsu t-tfal li jfallu l-iskola, temmen li bidliet bħal dawn li jidħlu fis-seħħ daqsekk malajr u mingħajr ma jkunu mibnija fuq miżuri oħrajn li jsaħħu dawk id-deċiżjonijiet, ma tarax li jistgħu jaħdmu. L-MUT sostniet li deċiżjoni bħal din tista’ twassal biex ġenituri li jkollhom it-tfal ftit ma jifilħux, minflok iħallsu għaċ-ċertifikat jibdew jiddeċiedu li jibgħatuhom l-iskola xorta waħda għad-detriment ta’ tfal oħrajn u għall-għalliema.
Għalhekk l-MUT qed tappella biex jittieħdu miżuri bħal Tobba on call jew Infermieri li jistgħu jinvistaw lit-tfal b’mod regolari fl-iskejjel. L-MUT qed tappella wkoll li għandu jkun hemm miżuri kontra ġenituri li jibgħatu lit-tfal l-iskola avolja jkunu ma jifilħux sew u mbagħad jirrifjutaw li jmorru għalihom meta kkuntattjati mill-iskola jew saħansitra ma jirrispondux it-telefonati mill-iskola.
Għalhekk fl-istqarrija tagħha, l-MUT reġgħet sostniet li deċiżjoni bħal din mingħajr bażi ta’ xejn, xorta tista’ għal abbużi, li jistgħu saħansitra jiżdiedu.
//= $special ?>

