Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea reġa kien magħżul biex imexxi team ta’ osservaturi tal-Commowealth Parliamentary Association – British Islands Mediterranean Region (CPA BIMR) li se jkun qed josserva l-elezzjoniji f’Montserrat fil-Karibew. L-elezzjoni se ssir għada fil-11 ta Settembru.
F’Mejju tas-sena l-oħra Mario Galea kien ukoll mexxa grupp ta osservaturi li osservaw l-elezzjoni fil-Cayman Islands. Din hija l-ghaxar darba li Galea qed jossserva elezzjonijiet barra minn Malta u fis-snin li għaddew ha sehem f’diversi Election Observation Mission fost ohrajn f’Zimbabwe, Palestina, Yemen, Gambia u Liberia fost ohrajn.
Fi stqarrija Mario Galea saħaq li hu u t-team ta osservaturi se jkunu qed josservaw il-proċess elettorali fost oħrajn il-liġijiet li jirregolaw l-elezzjonijiet f’Monsterrat, il-kampanja elettorali, ir-rapurtaġġ tal-media, il-votazzjoni u l-għadd tal-voti u l-ħruġ tar-riżultat. Kemm idum Montserrat Mario Galea se jkun qed jindirizza żewġt konferemzi tal-aħbarijiet u sa zmien xahrejn wara l-elezzjoni it-team ta’ osservaturi jippublikaw rapport finali fejn jekk ikun il-każ jkun jinkludi wkoll rakkomdazzjonijiet għall-elezzjonijiet futuri fil-Montserrat. Dan ir-rapport fost oħrajn jintabgħat lil Gvern Ingliz.
Fi stqarrija Mario Galea kkonkluda li minbarra is-sehem tiegħu f’diversi Election Observation Missions, Mario Galea qagħadu kif spiċċa Post Graduate Diploma f’Election Assistance u Election Observation.
//= $special ?>

