Tkompli tiħrax il-kampanja għar-Referendum fl-Iskozja, hekk kif dalgħodu waslu f’Edinburgh it-tliet mexxejja tal-partiti ewlenin fir-Renju Unit: il-Prim Ministru David Cameron, il-Viċi Prim Ministru Nick Clegg u l-Mexxej tal-Labour Ed Miliband. Il-mistoqsija fir-Referendum hi jekk il-poplu jridx l-Indipendenza mir-Renju Unit, b’Cameron jinsisti li l-votanti għandhom jgħidu LE għax l-Iskoċċiżi jaqblilhom jibqgħu f’unjoni mal-Ingilterra u għax ir-Renju Unit hu aktar b’saħħtu magħqud.
Vot IVA fir-Referendum joħloq inċertezza oħra għax teknikament, l-Iskozja tkun qed tieħu l-Indipendenza tagħha fl-2016 jiġifieri sena biss wara l-elezzjoni ġenerali tal-2015. S’issa, kollox qed jindika li l-elezzjoni ġenerali se tintrebaħ mil-Labour Ingliż bil-maġġoranza tinkiseb, ironikament, grazzi għall-MPs eletti mill-Iskozja. Madankollu, min-naħa tagħhom dawn id-Deputati jkollhom jispiċċaw mill-Parlament kemm-il darba tinkiseb l-Indipendenza.
Kien hemm għalhekk min ippropona li l-elezzjoni ġenerali ma ssirx is-sena d-dieħla u tkun posposta għal wara l-2016. Deputati veterani qed isostnu li l-posponiment ta’ elezzjoni tkun mossa anti-demokratika.
//= $special ?>