Lokali

Xena mhux tas-soltu fil-parapetti tas-Salina

Residenti tas-Salina l-Erbgħa filgħodu sebħu għal xena mhux tas-soltu hekk kif il-mogħża bajda li tidher fir-ritratti tidher tistrieħ fil-parapetti tan-nies. F’post fil-grupp The Salott fuq Facebook, residenta qalet li din mhux l-ewwel darba li dehret din il-mogħża fl-inħawi. Jirriżulta li l-Ġimgħa li għadda saru żewġ rapproti lill-Aimal Welfare. Madankollu uffiċjali mid-dipartiment ma sabux lill-mogħża malli waslu fil-post.

Aktarx li dan jista’ jindika li l-mogħża qed tmur fir-razzett ta’ sidha u terġa’ lura ripetutament. Dan anke’ għaliex jidher li l-mogħża hi miżmuma tajjeb, b’saħħitha u nadifa.

L-istess persuna esprimiet it-tħassib tagħha li din il-mogħża tista’ tikkawża xi inċident.

Oħrajn saħqu li n-nuqqas ta’ tag bin-numru tal-mogħża jista jindika li din mhix reġistrata u allura miżmuma illegalment.

moghza