L-akkwist il-ġdid ta’ Man Utd Radamel Falcao qal li jrid jirbaħ it-titlu fl-ewwel sena tiegħu mar-Red Devils. Falcao ingħaqad ma’ Man Utd mingħand Monaco u jista’ jiddebbutta kontra QPR nhar il-Ħadd li ġej.
“L-għan tiegħi u li niskurja kemm jista’ jkun gowls u li nirbaħ it-titlu. Hu importanti għalija li nirbaħ ma’ Man Utd u fl-istess ħin inkun utli għall-Kolombja. Il-Premiership hu l-aqwa kampjonat fid-dinja u se nkun qed nilgħab mal-aqwa plejers. Fit-Tazza tad-Dinja kulħadd ra x’kapaċi jagħmel il-kowċ Van Gaal u jien ninsab fiduċjuż li se nkunu fost dawk it-timijiet li se nissieltu għar-rebħ tal-unuri,” qal Falcao.
Dan tal-aħħar ma ħax sehem fit-Tazza tad-Dinja minħabba injury serja li sofra ma’ Monaco fil-bidu tas-sena.
//= $special ?>

