Internazzjonali Lokali

Filmat: Il-ħdax ta’ Settembru 2001 – ġurnata li se tibqa’ ttimbrata f’moħħ ħafna persuni

Il-ħdax ta’ Settembru 2001 – ġurnata li se tibqa’ ttimbrata f’moħħ ħafna persuni madwar id-dinja. Kważi 3,000 vittma u iktar minn 6,000 feruti kawża tal-grupp terroristiku Al Qaeda.

Vizibilment emozzjonat, Charles Turu Spiteri li ilu 42 sena jgħix l-Istati Uniti jiftakar dak li seħħ dakinhar.

Kuġinuh għadu sa llum isofri dak li seħħ dakinhar, ibgħati bl-asbestositis li bela’ dakinhar mis-sit fejn kien hemm it-twin towers. Bħalu hemm mal-1400 persuna oħra.

Charles Spiteri jappella għall-paci u qal li għandna nħarsu lejn hutna fis-socjeta’ bħala familja wahda.

Imma filwaqt li llum-il ġurnata l-weġa’ ta’ dakinhar bdiet tittaffa, it-turisti kollha li ltqajna magħhom f’Buġibba  b’xi mod jew ieħor kollha għadom jiftakru kif irreaġixxew dakinhar tat-traġedja.