Il-problemi tal-ġenituri li fl-aħħar jiem qed imorru biex iħallsu u jiġbru l-uniformijiet ta’ uliedhom ma jieqfu xejn.
Filfatt fl-aħħar jiem kienu diversi dawk il-ġenituri li ċemplu lil dan l-istazzjon u lmentaw li qattgħu sigħat jistennew biex jagħmlu l-ordnijiet tagħhom; u dan kollu għalxejn.
Waħda minn dawn il-ġenituri spjegatilna dak li għaddiet minnu nhar l-Erbgħa li għadda meta marret biex tħalles l-uniformi ta’ uliedha f’San Ġwann mill-ħanut awtorizzat mill-Gvern.
Lill-ġenituri ntqalilhom li issa jistgħu jiġbru l-uniformijiet fl-24 ta’ Settembru jew saħansitra iktar tard meta uħud mit-tfal, speċjalment dawk iż-għar fl-eta’ se jkunu diġa’ bdew l-iskola.
Fuq Facebook, omm oħra kitbet li meta lmentaw dwar dan ġew infurmati li sakemm jaslu l-uniformijiet huma se jingħataw uniformijiet second hand .
Intant il-kju li beda jinġema nhar l-Erbgħa li għadda wassal ukoll għal problema ta’ parking.
Kien hemm problema ta’ parking għax hemm parking bil-ħin fejn kienu. U spiċċajna ħriġna bla ma xtrajna l-affarijiet kollha għax ma kellhomx.
Filfatt missier fuq Facebook kiteb li ħafna ġenituri rritornaw lura għall-karozzi tagħhom u sabu li qalgħu ċitazzjoni.
Jirriżulta li l-problema nqalgħet metqa t-tender li ngħata lill-kumpanija ħareġ tard ħafna iktar mis-snin li għaddew. Fejn qabel dan kien jingħata fi Frar, din is-sena ħareġ f’Lulju.
//= $special ?>

