“Ċelebrazzjoni” hi l-kanzunetta uffiċjali mnedija mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali (FĊN), ftit jiem biss qabel Malta tiċċelebra l-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza. Lou Bondi, membru tal-FĊN, qal li din il-kanzunetta nkitbet biex tfakkar id-diversi anniversarji storiċi li qed jiċċelebra pajjiżna matul din is-sena.
Il-kantant ta’ Wintermoods Ivan Grech qal li hu onorat li flimkien ma’ Matthew James u Peter Borg, minn RedElectrick, intagħżel biex jikkomponi din il-kanzunetta. Il-kliem tad-diska huma ta’ Ivan Grech innifsu.
Il-Ħadd, 21 ta’ Settembru pajjiżna se jiċċelebra l-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza fl-1964. Minkejja t-triq li kienet se tinfetaħ għal pajjiżna, ħafna kienu dawk li kienu xettiċi għax apparti milli kienu jahsbu li dan il-pass hu qabża fid-dlam, sa dak iż-żmien kulħadd kien dara jgħix taħt il-Kolonja Ingliża.
Madankollu, eventwalment kulħadd fehem li dan il-pass importanti li beda proprju 50 sena ilu, kien verament iċ-ċavetta tal-progress għal pajjiżna biex jinsab fejn hu llum.
//= $special ?>

