Ilbieraħ ittellgħu l-poloz tal-GFA CUP waqt waqt konferenza stampa li saret fl-uffiċċji tal-Bank of Valletta f’Santa Venera. Il-poloz itellgħu minn Horace Laudi, Maniġer Reġjonali għal Għawdex fil-Bank of Valletta u Alvin Grech, President tal-Gozo Football Association akkumpanjat minn Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal GFA. L-edizzjoni ta’ dan l-istaġun se tkun is-46 waħda.
Ir-rawnd preliminari jintlagħab fil-grawnds ta’ Kerċem u Sannat bejn l-14 u s-16 ta’ Novembru 2014 filwaqt li l-kwarti tal-finali se jintlagħbu fl-istess grawnds bejn it-22 u 23 ta’ Novembru. Is-semi-finali u l-finali, it-tnejn se jintlagħbu fil-Gozo Stadium fid-19 u s-26 ta’ April rispettivament.
Ir-rebbieħ tal BOV GFA Cup 2014-2015 imbagħad jilgħab il-BOV Super Cup kontra r-rebbieħa tal-kampjonat it-3 ta’ Mejju.
Il-poloz tal- BOV GFA Cup huma:
Rawnd preliminari
A -Xagħra United vs B -Sannat Lions
Ċ -Kerċem Ajax vs D -SK Victoria Wanderers
E -Qala Saints vs F -Għajnsielem
Ġ -Munxar Falcons vs Ħ -Gharb Rangers
I -Żebbuġ Rovers vs J -Victoria Hotspurs
K -Xewkija Tigers vs L -St Lawrence Spurs
Kwarti tal-Finali
M- Nadur Youngsters vs A/B
N- Oratory Youths vs Ċ/D
E/F vs G/Ħ
I/J vs K/L
Semfinali
M/A/B vs N/Ċ/D
E/F/Ġ/Ħ vs I/J/K/L
Finali
Rebbieħ Semifinali A v Rebbieħ Semifinali B
*Bye -Nadur Youngsters (Holders)
*Bye -Oratory Youths (Runners Up)


