Lokali

PN: Muscat m’għandux fiduċja fit-talent tal-poplu Malti

Fi stqarrija il-Partit Nazzjonalista (PN) qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat tilef opportunita’ tad-deheb li fiha seta’ jiftaħar bit-talent li għandu l-poplu Malti u Għawdxi. Waqt konferenza internazzjonali fi New York, flok tkellem b’mod pożittiv dwar it-talent Malti li xpruna l-pajjiż għal dawn l-aħħar 50 sena ta’ Malta indipendenti, Muscat qal li jrid it-talent barrani. Minn naħa l-oħra, l-PN huwa kburi bit-talent tal-poplu Malti u japrezza l-isforzi li jagħmlu kull Malti u Maltija fil-ħajja ta’ kuljum.

Il-PN qal li Joseph Muscat irid jibda’ jaġixxi ta’ Prim Ministru u minflok imur barra minn Malta jgħid li jrid it-talent tal-barranin, iżomm mal-wegħda tiegħu u jlaqqa’ l-Kumitat ta’ Monitoraġġ dwar iċ-Ċittadinanza biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf min huma dawk in-nies li applikaw biex isiru ċittadini Maltin.