Futbol Sport

Sturridge tliet ġimgħat barra

L-attakkant ta’ Liverpool Daniel Sturridge se jdum madwar tliet ġimgħat barra. Dan żvelaħ il-kowċ Branden Rodgers. Dan tal-aħħar esprima r-rabja tiegħu u qal li din l-injury waslet minħabba traskuraġni tal-istaff mediku tat-tim nazzjonali Ingliż. Sturridge lagħab partita ta’ ħbiberija kontra n-Norveġja u ħass xi uġiegħ wara l-partita imma l-kowċ nazzjonali Roy Hodgson xorta waħda lagħbu kontra l-Iżvizzera.

 

Rodgers żvela wkoll li l-akkwist il-ġdid Emre Can ukoll sofra injury fl-għaksa waqt li kien qed jilgħab mat-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena tal-Ġermanja. Hu mifhum li Can se jdum madwar sitt ġimgħat barra.