Għall-ħabta ta’ 14,45, żagħżugħ ta’ 15 il-sena, residenti n-Naxxar ittieħed l-Isptar wara li kien involut f’inċident fi Triq Santa Katerina, f’Ħal-Għargħur.
Skont is-sorsi tal-pulizija, it-tifel kien qiegħed issuq ir-rota meta għal xi raġuni ż-żagħżugħ intlaqat minn vettura ta’ tip Ford Fiesta. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti f’San Ġwann.
Mal-wasla tal-ambulanza ż-żagħżugħ ġie ċċertifikat li qed ibgħati minn ġrieħi gravi.
//= $special ?>


