F’sereta ta’ festa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oposizzjoni Simon Busuttil ġie milqugħ minn għexieren ta’ Safin li laqgħu lill-kap fil-kazin tal-lokalita’ tagħhom.
F’diskors tal-bidu li ta l-Assistent Segretarju Ġenerali Jean-Pierre Debono intqal li din kienet l-aħħar attivita’ distretwali fil-gżira ta’ Malta, iżda fakkar li l-Ħadd se jkun hemm attvita’ distrettwali f’Għawdex li tkun uffiċjalment l-aħħar waħda qabel il-festi tal-Indipendenza fuq il-Fosos tal-Floriana.
Fis-serata wkoll inatgħu momentums b’tifkira tal-50 sena nazzjon lil Alfred Bonnici, lil Dr. Louise Galea u l-Perit Ninu Zammit.
Il-50 anniversarju tal-Indipendenza hu mument li fih irridu nirriflettu fuq dak li hu bażiku fid-demokrazija tagħna u nimpenjaw irwieħna li nseddquh – dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, f’attività għall-poplu tal-Partit Nazzjonalista tar-4 u l-5 distrett, f’Ħal Safi, bi tħejjija għall-festi tal-Indipendenza.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Indipendenza għall-Partit Nazzjonalista qatt ma fissret poter għall-politiċi imma minn dejjem kienet l-indipendenza tan-nies. Il-Partit Nazzjonalista dejjem ħadem biex iwessa’ u jsaħħaħ id-demokrazija u allura huwa ħa pożizzjoni qawwija tiegħu kontra t-tħassir tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Id-demokrazija tfisser ukoll li jkollok djalogu bejn min imexxi u min għandu ideat differenti. Hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista ma jistax jaċċetta li min ma jaqbilx mal-Gvern jispiċċa mgħajjar u insultat. L-intolleranza għall-kritika mhijiex aċċettabbli.
Simon Busuttil fisser kif l-Istat Malti jistrieħ fuq l-idea tal-ugwaljanza, ligi li tfisser li kulħadd hu indaqs. Huwa qal li għalhekk li l-Partit Nazzjonalista bilfors ikun kontra l-idea li hemm liġi għal tal-qalba u liġi oħra għall-bqija.
Simon Busuttil qal li filwaqt li n-nies tal-qalba għaddejjin jaħtfu minn flus il-poplu, hemm min qed iħallas it-taxxi u qed ikollu jaffaċċja għafsa fuq il-pagi. Dan kif jirriżulta minn ċifri li joħroġ il-Gvern stess. Busittil qal li dan qed jiġri f’kuntrast mas-snin meta d-dinja kienet għaddejja mill-agħar riċessjoni imma Malta kienet qed tgawdi x-xogħol u żżid il-pagi b’mod posittiv.
F’għeluq id-diskors tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ lil kulħadd jattendi għall-festi tal-Indipendenza fuq il-Fosos tal-Floriana l-ġimgħa d-dieħla biex niċċelebraw flimkien il-kisbiet li gvernjiet Nazzjonalisti għamlu għall-Maltin kollha, fosthom is-sovranità nnifisha, u biex nagħtu sinjal li hemm prinċipji bażiċi li jeħtieġ jisseddqu u mhux ikunu mhedda.
Wara l-għeluq ġiet inawguarata pittura magħmula minn Paul Callus, pittura li tfakkar il-50 sena anniversarju ta’ Malta sovrana’.
//= $special ?>