Ġimgħa biss wara li ppreżentaw il-formazzjoni tagħhom għal dan l-istaġun, Msida St. Joseph ilbieraħ ħabbru li kienu akkwistaw ukoll lil Marcelo Vitor Ferreira da Costa magħruf aħjar bħala Tevez.
Dan l-attakkant Brażiljan ta’ 28 sena lagħab ma’ diversi klabbs f’pajjiżu, l-aħħar wieħed CENE. Huwa kellu wkoll esperjenza oħra qabel fl-Ewropa ma’ LKS Nadwislan Gora fil-Polonja.
Il-plejer kien mistenni jagħmel id-debutt uffiċjali tiegħu lbieraħ fl-ewwel logħba mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kontra St. George’s.
Tevez hu l-ħames barrani ma’ Msida St. Joseph dan l-istaġun bil-plejers l-oħra jkunu l-Brażiljani Yuri Messias, Diego Pereira, Ricardinho u l-Ispanjol Inigo Dolara.
Il-President tal-klabb Alan Abela-Wadge qal li jinsab konvint li Tevez se jkompli jsaħħaħ l-attakk tat-tim u l-kowċ Saviour Debono se jkun jista’ joħroġ l-aħjar minn dawn il-plejers.
//= $special ?>

