MOTOGP: Is-sewwieq tad-Ducati Andrea Dovizioso kiseb l-aħjar ħin fit-tieni sessjoni ta’ provi liberi għall-GP ta’ San Marino liema sessjonijiet kienu mfixkla bix-xita.
Warajh spiċċaw iż-żewġ sewwieqa tal-Honda Dani Pedrosa u l-lider preżenti Marc Marquez waqt li Jorge Lorenzo tal-Yamaha kellu jikkuntenta bit-tmien post.
Is-sewwieq l-ieħor tal-Yamaha Valentino Rossi (ritratt) temm fl-10 post wara Andrea Iannone tad-Ducati wara li kien involut f’inċident minħabba x-xita. Bħalu waqgħu wkoll Dovizioso u Iannone.
//= $special ?>