Waqt li se jkun qed jiċċelebra il-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza diskussjonijiet politiċi u attivitajiet fuq il-Fosos tal-Furjana.
MaltaRightNow tkellem mal-Aġent Direttur Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, Matthew Bonnet dwar l-attivitajiet politiċi fuq il-Fosos tal-Furjana li se jsiru bejn is-16u d-19 ta’ Settembru. Tkellem ukoll dwar il-messaġġ politiku tal-Partit Nazzjonalista.
Matthew Bonnet appella wkoll lill-pubbliku biex jattendi għall-Festi tal-Indipendenza u jipparteċipa fl-attivitajiet li se jfakkru dan l-anniversarju importanti fl-istorja ta’ pajjiżna.
Ata l-filmat bil-kummenti kollha ta’ Matthew Bonnet.
//= $special ?>