Kunsilli Lokali Lokali

FILMAT: Jekk id-demokrazija tkun imxekkla, nirriżenja – José Herrera

[headlines headline=”h3″ ]José Herrera jgħid li hu ffissat fuq id-demokrazija u jekk din tkun imxekkla, jkun hu stess l-ewwel wieħed li jirriżenja [/headlines]

Quddiem il-proposti tal-Gvern li l-elezzjonijiet li ġejjin tal-kunsilli lokali jistgħu jkunu kanċellati jew ikunu posposti, is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera, li sa ftit ilu kien responsabbli mill-kunsilli lokali,  jsostni li l-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni li jxekkel id-demokrazija iżda jekk isir dan, hu jirriżenja.

Il-kwistjoni tat-terminu tal-kunsilli lokali tinsab fuq l-aġenda tal-opinjoni pubblika, bil-gvern ikun akkużat mill-Oppożizzjoni li se jkun qed ixekkel id-demokrazija u l-vuċi taċ-ċittadini jekk dawn l-elezzjonijiet ma jsirux.

Ir-raġuni li ġab il-Gvern wara din il-proposta hi dik li l-elezzjonijiet tal-kunsilli jiswew ħafna flus…iżda Jose’ Herrera ma jpoġġix l-aspett finanzjarju bħala raġuni ewlenija.

Jose Herrera isostni li t-terminu tal-kunsilli mhux xi ħaġa drammatika marbuta bil-kostituzzjoni u li din mhix kwistjoni fundamentali. Għalhekk hu qed jieħu l-pożizzjoni tal-Gvern.

Is-Segretarju Parlamentari sostna li l-kunsilli lokali għandhom jingħataw iktar poteri u awtonomija.

Ara l-filmat bil-kummenti kollha ta’ José Herrera.