Ir-re-branding u l-iskeda l-ġdida ta’ NET Television u ta’ Radio 101 tnedew illum wara nofsinhar u se joffru firxa ta’ programmi ta’ kwalita għall-familja kollha.
Fost dawn se jkun hemm ‘Newsfeed’ li se jinkludi NET News fis-7.30pm, u jibqa’ għaddej sat-8.30pm. Dan il-programm se jidħol fil-fond tal-aħbar bi stejjer umani u ġurnalizmu investigattiv.
Charles Muscat attenda ghat-tnedija tal-iskeda u ħejja servizz sħiħ bid-dettalji, li jinkludu wkoll kummenti minn numru ta’ preżentaturi ġodda fuq NET Television.
Ara l-filmat bil-kummenti hawn fuq.
//= $special ?>