II DIV.: Ħamrun Spartans ippreżentaw l-akkwisti l-ġodda tagħhom fil-kumpless tal-Eurosport f’Birkirkara sigħat biss qabel fetħu l-impenji uffiċjali fil-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni kontra San Ġwann.
Il-President Gejtu Debattista qal li wara li t-tim tilef postu mill-Ewwel Diviżjoni l-istaġun li għadda l-kumitat ħadem bla heda biex isaħħaħ l-iskwadra b’seba’ plejers ġodda li flimkien mal-plejers tal-klabb għandhom jgħinu lit-tim jilħaq il-mira li jikseb il-promozzjoni fi tmiem l-istaġun.
Il-captain tat-tim se jkun Kenneth Cefai waqt li l-plejers il-ġodda huma Aaron Attard, Andre White, Alan Tabone, Christian Cacciattolo, Evano Briffa, Simon Shead u n-Niġerjan Saturday Nanapere. Il-klabb ħatar bħala kowċ lil Stephen D’Amato li diġa għandu esperjenza fil-passat. Huwa se jkun megħjun minn Renzo Kerr Cumbo u Mark Tabone se jkun il-klowċ tal-gowlkipers.
//= $special ?>

