L-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jinvestigaw serqa li saret minn Kappella biswit Diviżjoni 11 tal-Ħabs. Jidher li xi ħadd irnexxielu jikseb aċċess fil-Kappella u seraq Kalċi li m’għandux xi valur kbir. Din mhijiex il-Kappella prinċipali tal-Faċilità Korrettiva.
Il-każ sar magħruf din il-ġimgħa, iżda jista’ jkun li seħħ xi xhur ilu. Sors li tkellem ma’ MaltaRightNow.com fisser li dan jidher li kien każ moħbi, filwaqt li stqarr li hu improbabbli li fil-Kalċi kien hemm xi Ostji. L-istess sors żied li ma saret ebda tfittxija fuq il-priġunieri u l-unika bidla li saret kienet li nbidel is-serratizz tal-Kappella.
//= $special ?>