L-Awstralja għolliet il-livell ta’ theddid mit-terroriżmu minn dak medju għal wieħed għoli. Il-Prim Ministru Awstraljan Tony Abbott ħabbar dan bi tweġiba għal tħassib li qed jikber fuq l-impatt domestiku ta’ attakki minn militanti fl-Iraq u fis-Sirja.
Il-Prim Ministru Awstraljan fisser kif Uffiċjali tas-Sigurtà huma mħassba dwar in-numru dejjem jikber ta’ Awstraljani li jaħdmu, għandhom rabtiet jew inkella ispirati minn gruppi Iżlamiċi. Madankollu, hu sostna li hemm ebda tagħrif sigriet speċifiku dwar xi attakk ippjanat mill-militanti.
//= $special ?>