Numru ta’ membri tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista qattgħu ġurnata volontarjat fid-Dar Fra Diegu fil-Ħamrun.
Il-Grupp Parlamentari għamel numru ta’ xogħolijiet f’din id-dar tat-tfal fosthom tibjid u manutenzjoni ieħor, tindif u anki tisjir.
Fost il-Membri tal-Grupp Parlamentari li taw sehemhom f’din il-ġurnata kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, il-Viċi Kap għall-ħidma Parlamentari Mario de Marco u d-Deputati Jason Azzopardi, Toni Bezzina, Joe Cassar, Paula Mifsud Bonnici, George Pullicino u Francis Zammit Dimech.
Flimkien magħhom kien hemm ukoll l-Ewroparlamentari Therese Commodini Cachia.
//= $special ?>