Lokali

AĠĠORNATA: Ħabta f’Rue D’Argens; mara tittieħed l-isptar

Aġġornata

Mara ta’ 44 sena mill-Imsida ttieħdet l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Rue D’Argens l-Imsida. Il-mara kienet qed issuq karozza tat-tip Chevrolet u magħha kien hemm passiġġieri li madanakollu ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-vettura li magħha kien hemm l-impatt kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 33 sena mill-Gżira u hija tat-tip ‘Toyota’. Dan ir-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi.

Aktar kmieni…

13:16 Il-Pulizija kkonfermat li seħħet ħabta f’Rue D’Argens fl-Imsida fit-telgħa magħrufa bħala Tas-Savoy. Fil-ħabta kien hemm ferut li ttieħed l-isptar b’ambulanza.

Għall-ftit ħin inġemma t-traffiku iżda jidher li t-triq reġat infetħet għat-traffiku.