Fit-3 t’Ottubru li ġej il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ser ikun qiegħed jidher fil-qorti quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit mixli li weġġa persuna u għamel ħsara fuq żewġ vetturi b’mod involontarju.
Il-każ seħħ fit-3 t’April li għaddha meta l-Ministru Bonnici kien involut f’inċident tat-traffiku bil-vettura personali tiegħu. Dwar dan il-każ kienu bosta dawk li staqsew għaliex kien hemm daqshekk dewmien sabiex inħarġu l-akkużi. Minn naħa tal-Ministeru tal-Ġustizzja fi stqarrija intqal li f’soċjeta’ demokratika l-liġi hija l-istess għal kullħadd.
F’kummenti lir-radju tal-knisja RTK Owen Bonnici saħaq ukoll li jemmen li persuna pubblika għandha tirriżenja jekk twettaq att li twassal biex il-fiduċja fiha titmermer iżda wasal għall-konklużjoni li inċident tat-traffiku involontarju ma’ jwassalx biex din il-fiduċja tispiċċa.
//= $special ?>