Lokali

Inawgurat monument għal Guido de Marco

‘Għal Guido De Marco il-Politika kienet sens ta’ servizz – li tagħti dak kollu li tista’ lill-poplu tiegħek’. Dan kien il-kliem tan- nies li taw il-messaġġ tagħhom fl-inawgurazzjoni tal-monument ta’ Guido De Marco li ġie mqiegħed fid-daħla tal-Qorti tal-Belt Valletta.

Guido De Marco- Avukat, Politiku u statista Malti, li serva bħala President ta’ Malta bejn l-1999 sal-2004. Guido De Marco jibqa’ mfakkar wkoll għall-ħidma tiegħu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Preżenti għall-din l-inawgurazzjoni kien hemm mart Guido De Marco, Violet, ulieda Gianella, Fiorella u Mario, il-Presidenti Emeriti Ugo Mifsud Bonnici, Eddie Fenech Adami u George Abela. Preżenti wkoll l-eks Prim Ministru ta’ Malta u Kap tal-PN Lawrence Gonzi, il-Priministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Opposizzjoni Simon Busuttil flimkien ma’ deputati u eks deputati tal-parlament. Preżenti wkoll l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia.

Is-serata tista tgħid li nfethet bid-diskorsi ta’ uliedu fejn taw messagg fuq il-valuri li missierhom kien iħaddan. Instema il-leħen ta’ Guido De Marco jaqra’ silta mill-ktieb tiegħu fejn hu kien saqsa dan il-mistoqsijiet: X’valuri għandha l-identita’ tagħna u xi rwol għandha? Huwa jwiegeb li l-identita’ tagħna l-Maltin hija mwaqqfa fuq il-valuri, valuri li dejjem waslu lin-nazzjon tagħna biex jegħleb kull sfida li sab quddiemu.

 

F’diskors li ta l-Imħallef Emeritu tad-drittijiet tal-bniedem fil-Qorti Ewropeja – Dr Giovanni Bonello ingħad li De Marco kien ipoġġi l-politika bħala kontribuzzjoni lejn in-nies, li l-politika ddur man-nies u mhux viċi-versa. Skont Bonello dan huwa monument lijagħti ftit mill-ġieh misthoq lejn lejn Guido De Marco. Huwa jkompli jiddeskrivi l-De Marco bħala persunaġġ li qasam kull ma jaf mas-soċjeta’, persuna li kien ipoġġi l-individwu fil-qalb tal-governanza.

 

F’diskors ta’ ibnu, Mario De Marco jiddeskrivi ħajjet missieru bħala waħda li peremezz tagħha huwa għex il-ħolm tiegħu li jwettaq lejn Malta. Huwa qal li missieru kien jgħid li huwa leħaq fejn leħaq grazzi għan-nies, li huwa kien prodott tan-nies u li kienu huma li ħallew impatt enormi f’ħajjet Guido De Marco. Għalieh missieru kien dejjem determinat li jsib soluzzjoni f’kollox, li jfittex il-kompromess f’kull sitwazzjoni li pajjiżna affaċja.

 

Joseph Muscat ddeskriva lil Guido De Marco bħala persuna b’sens ta’ stat qawwi li jaf l-irwol tiegħu. De Marco kien katolista għall-paċi fil-Mediterran u xempju ħaj tal-ħelsien u ġustizzja. Huwa kien dak li għamel id-demokrazija Maltija bħala waħda mħaddma min-nies u mhux mill-mexxeja.

 

F’għeluq l-attivita’ ġew rringrazjati il-Heritage Malta u l-iskulturi Alfred u Aaron Camilleri Cauchi tal-opra t’arti li huma għamlu ta’ Guido De Marco – persuna li kien medjatur f’ħafna ċirkostanzi u li b’għemilu jħeġġek tersaq viċin il-politika.

 

 

folla inawgurazzjoni monument guido de marco