Lokali

Investigat każ t’allegat swat ta’ tarbija ta’ 11-il xahar.

Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ allegat swat ta’ tarbija ta’ 11-il xahar mill-Ħamrun.

Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li t-tarbija ddaħħlet fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei kmieni l-Ġimgha filgħodu għall-ħabta tas-7.30 issofri minn numru ta’ ġrieħi.

Hu mifhum li t-tarbija kienet qed issofri minn tbenġil f’ġenbejha kif ukoll xi daqqiet f’rasha.

Bħalma jiġri f’każi bħal dawn, fejn jista’ jkun hemm suspett li l-ġrieħi ma kienux riżultat ta’ aċċident, l-istaff mediku fl-Isptar jinforma lill-pulizija b’dak li jkun sab.

MaltaRightNow huwa infurmat li l-Pulizija fil-fatt bagħtet għall-ġenituri tat-tarbija għal iktar stħarriġ.

Kelliema għall-Korp tal-pulizija ikkonfermat li l-pulizija mid-Distrett tal-Ħamrun qed isegwu l-każ u li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.